NIMPENJA RUĦI LI NĦEĠĠEĠ  LIL-KUMMISSJONI TAĦDEM AKTAR GĦALL-ANNIMALI

Nitlob li l-Kummissjoni tippublika, mingħajr dewmien, leġiżlazzjoni li mhix imdgħajfa jew kompromessa. Leġiżlazzjoni li hi ambizzjuża, umana u progressiva. Leġiżlazzjoni li hi konformi mas-sejħa ċara ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej.

Jiena ser niġġieled favur liġijiet ġodda li jgħollu l-livell.

Ser naħdem biex intejjeb l-istandards bażiċi ta’ ħarsien għall-annimali diġà protetti mil-liġijiet tal-UE.

Irrid nipprojbixxi l-qatla mingħajr l-isturdament minn qabel.

Hemm evidenza xjentifika ċara li t-tbiċċir mingħajr l-isturdament jikkawża tbatija akuta tal-annimali. Il-qatla ta' annimali mingħajr l-isturdament minn qabel għandu jiġi pprojbit flimkien ma' l-awtoritajiet reliġjużi.

Ma rrid li l-ebda speċi tiġi minsija.

Nemmen li l-leġiżlazzjoni speċifika dwar l-ispeċi li għandna mhix biżżejjed. Irrid leġiżlazzjoni speċifika mfassla għal speċi ta’ ħut, dundjani, baqar tal-ħalib u fniek.

Irrid Ewropa ħielsa mill-gaġeġ fi żmien ħames snin.

Wara l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej  "End the Cage Age", nappoġġja projbizzjoni mħaffa fuq it-trażżin tal-annimali kollha mrobbija fl-Ewropa (tjur, qżieqeż, għoġġiela, summien, papri u wiżż). Irrid nara dan iseħħ fi żmien tlieta sa ħames snin.

Irrid ftiehem aħjar għall-flieles u t-tiġieġ.

Għal żmien twil wisq it-tiġieġ tal-brojlers u tal-bajd kellhom isofru kundizzjonijiet ta’ tbatija. Dan għandu jieqaf issa. Nara li tiġi żgurata protezzjoni b’saħħitha - li tinkludi densitajiet aktar baxxi ta’ xokkijiet, projbizzjoni fuq il-qatla bl-użu tal-isturdament fil-banju tal-ilma, l-adozzjoni ta’ benesseri ogħla u t-tmiem tal-qtugħ inuman tal-munqar.

NIMPENJA RUĦI LI NWAQQAF IT-TBATIJA TAL-ANNIMALI ĦAJJIN WAQT IT-TRASPORT 

Irrid nara Regolamenti aktar b’saħħithom biex l-annimali ma jbatux bla bżonn. B’konformità mar-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi, u s-sejħa ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej, il-Parlament Ewropew u l-Qorti tal-Awdituri, nemmen li wasal iż-żmien li kull trasport ikun l-aħħar għażla. 

Vjaġġi ta’ distanzi twil m’għandhomx jitħallew, hi x’inhi d-destinazzjoni finali (qatla jew tgħammir) u derogazzjonijiet m’għandhomx jeżistu peress li jistgħu joħolqu lakuni li jtawlu dawn il-vjaġġi.

Dan għandu jinkludi limitu fuq il-ħinijiet tal-ivvjaġġar għal mhux aktar minn tmien sigħat għal qżieqeż u annimali gerriema (ifrat, mogħoż u nagħaġ), u mhux aktar minn erba’ sigħat għal tjur u fniek.

Ser naħdem biex nara t-tmiem tat-trasport t’annimali vulnerabbli.

Annimali vulnerabbli bħal għoġġiela mhux miftuma, annimali tqal u dawk mhux b’saħħithom għat-trasport m'għandhomx jiġu ttrasportati, anki taħt deroga.

Nemmen li l-Ewropa għandha tiffavorixxi it-trasport tal-laħam, mhux annimali ħajjin.

Irrid li l-kummerċ imur lil hinn minn annimali ħajjin lejn il-laħam, karakassi u prodotti embrijoniċi, b’faċilitajiet ta’ biċċeriji lokali aħjar.

NIMPENJA RUĦI LI NIPPROTEĠI L-BENESSERI TA’ SPEĊI AKWATIĊI

Nitlob li l-Kummissjoni taħdem aktar biex tipproteġi l-ispeċi akwatiċi.

Ninsisti li tintroduċi leġiżlazzjoni sostenibbli u ta’ benesseri pożittiv għal ħut u l-ispeċi akwatiċi kollha.

Jiena nwiegħed li nipproteġi l-benesseri tal-ħut maqbud fl-irziezet u selvaġġ.

Irrid nara standards ogħla għall-irżieżet tal-ħut, it-traspord u l-qatla, u rrid benesseri aħjar għall-ispeċi fil-mira fis-sajd tal-qbid selvaġġ.

Nitlob li nipprojbixxu t-trobbija tal-qarnit qabel tibda din il-prattika.

Dan il-kunċett barbariku għandu jsir illegali qabel ma jitħalla jiġi stabbilit.

NIMPENJA RUĦI LI NAGĦMEL IL-PRODUZZJONI TAL-IKEL AĦJAR GĦALINA, GĦALL-ANNIMALI U GĦAL PJANETA TAGĦNA

Nimpenja ruħi għal produzzjoni tal-ikel sostenibbli.

Nitlob li l-Politika Agrikola Komuni ssostni qasam tal-produzzjoni tal-ikel sostenibbli b’benesseri għoli għall-annimali fil-qalba tagħha. Ser niġġieled għal politika tal-UE li tinkoraġixxi transizzjoni faċli lejn produzzjoni tal-ikel li hu aktar san, aktar uman  u aktar sostenibbli.

Għandu jkun aktar faċli għalina li neqilbu għal għażliet bażati fuq il-pjanti.

Għandna niddependu inqas fuq dieta abbażi tal-laħam u naqelbu għal għażliet li huma aktar sani għalina, għall-annimali u għall-pjaneta. Jiena ser niġġieled biex inwassal politika tal-ikel tal-UE li tagħmel dan possibbli.

Irridu nirriformaw l-Politika Agrikola Komuni.

Nemmen li l-Politika Agrikola Komuni għandha ssostni bdiewa hekk kif jadattataw għal metodi aktar sostenibbli ta’ produzzjoni ta’ ikel.  Għandha tgħin fl-ispejjeż assoċjati ma’ standards ogħla ta’ benesseri għall-annimali.

Irridu nsostnu riċerka tal-ikel abbażi ta’ ċelloli.

L-inkorraġiment tal-iżvilupp tal-produzzjoni tal-ikel abbażi ta’ ċelloli (it-tkabbir ta’ prodotti tal-ikel tal-annimali direttament minn kolturi taċ-ċelluli) għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ għejjun sostenibbli ta’ ikel alternattiv. Aktar finanzjament ser jaċċellera dan is-settur emerġenti b’mod sikur u mgħaġġel

NIMPENJA RUĦI GĦAL REGOLI AKTAR STRETTI FUQ PRODOTTI TAL-ANNIMALI IMPORTATI

Irridu nisskikkaw ir-regoli fuq prodotti importati abbażi t’annimali.

Il-kummerċ kollu marbut ma’ prodotti abbażi t’annimali minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea għandu jirrispetta b’mod sħiħ l-istess standards bħal dawk stabbiliti bil-leġiżlazzjoni ġdida u riveduta dwar il-benesseri tal-annimali.  M’għandux ikun hemm lakuni li jippermettu prodotti derivati minn annimali trattati b’mod krudil li jiġu importati fis-suq tal-UE.

Irrid li n-negozju ma’ Mercosur ma joħloqx tbatija żejda għall-annimali.

Jiena nimpenja ruħi li l-ftehim bejn l-UE u Mercosur (li jifformalizza sħubija kummerċjali bejn l-UE u l-Arġentina, il-Brażil, Il-Paragwaj u l-Urugwaj) ma jiġix finalizzat sakemm kundizzjonijiet ta’ benesseri tal-annimali japplikaw fuq kull prodott importat mir-reġjun. 

NIMPENJA RUĦI LI NAĊĊELERA T-TRANSIZZJONI GĦAX-XJENZA MINGĦAJR L-UŻU TAL-ANNIMALI

Irrid nara progress biex nevitaw, nibdlu u nnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar.

Il-Kummissjoni għandha tintroduċi azzjonijiet strateġiċi madwar l-Ewropa kollha biex tgħin fit-transizzjoni lil hinn minn ittestjar u riċerka bażati fuq l-annimali kemm jista’ jkun malajr. Għandha tipprijoritizza oqsma ewlenien tar-riċerka u tistabilixxi oġġettivi li jistgħu jintlaħqu. 

Irrid nara:

  • Finanzjament realistiku biex jiġu żviluppati metodi ġodda, avvanzati tar-riċerka li ma jużawx l-annimali.
  • Appoġġ fuq skala kbira biex jinħolqu faċilitajiet u ekosistemi fejn il-metodi li ma jużawx annimali jistgħu jirnexxu.
  • Appoġġ lil Stati Membri biex jiftehmu fuq - u jintroduċu - edukazzjoni u taħriġ aħjar f’metodoloġiji li ma jinkludux l-annimali.
  • Qsiem ta’ għarfien dwar teknoloġiji ġodda u emerġenti ħielsa minn annimali.

Irrid oqfsa leġiżlattivi li jirrikonoxxu l-metodoloġiji ħielsa minn annimali.

Irrid li l-oqfsa attwali jiġu adattati u modifikati sabiex metodi li ma jużawx l-annimali jistgħu jiġu użati aktar biex jittestjaw jekk prodotti humiex sikuri u effettivi. 

Ser nappoġġja l-komunità xjentifika biex timxi lejn ittestjar ħieles minn annimali.

Bħal miljuni ta’ ċittadini, xjentisti u riċerkaturi, nemmen li minn dan ser jibbenifikaw saħħet il-bniedem, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali. Nemmen li neħtieġu li rridu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex dan jista’ jseħħ malajr kemm jista’ jkun.

NIMPENJA RUĦI GĦAL FTEHIM AĦJAR GĦALL-ANNIMALI SELVAĠĠI

Irrid nara lista ‘pożittiva’ ta’ speċi t’annimali permessi biex jinżammu pets.

L-UE għandha tadotta lista ta’ speċi t’annimali permessi bħala pets, billi tistabilixxi liema speċi jistgħu jiġi negozjati għall ħajja fil-magħluq fid-dar.

Irrid insaħħaħ l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar żoos.

Bħalissa, iż-żoos liċenzjati jippermettu ċerti prattiki b’annimali miżmuma fil-magħluq li jagħmlu ħsara lill-benesseri tagħhom, u m’għandhom l-ebda benefiċċju għall-konservazzjoni jew l-edukazzjoni. Il-leġiżlazzjoni għandha tiġi msaħħa biex tiżgura li dawn il-prattiċi m’għandhomx jibqgħu jsiru f’żoos liċenzjati, u li l-leġiżlazzjoni tiġi implimentata aħjar.

Irrid nimplimenta l-Pjan t’Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar t’Annimali Selvaġġi.

Dan għandu jara aktar monitoraġġ, aktar viġilanza u finanzjament, kif ukoll l-adozzjoni tal-approċċ ta’ ‘One Health’ fl-azzjonijiet kollha.  Għandu jkun hemm ukoll aktar kapaċità taċ-ċentru ta' salvataġġ tal-UE, u aktar finanzjament għalihom. Importazzjonijiet ta’ trofej tal-kaċċa jkunu ristretti.

Nemmen li l-annimali selvaġġi kollha għandhom jiġu valutati b’mod pożittiv u jiġu protetti.

Irridu nsibu modi aħjar għalina biex ngħixu m’annimali selvaġġi nattivi. Nirrikonoxxi l-valur intrinsiku u ekoloġiku tal-annimali selvaġġi kollha u ser nippromwovi l-protezzjoni ta’ bijodiversità u koeżistenza, li jinkludi karnivori kbar.

Peress li l-annimali selvaġġi kollha huma ħlejjaq senzjenti, se nsejjaħ ukoll għal aktar riċerka f'metodi mhux letali u umani fil-ġestjoni tal-annimali selvaġġi, u biex dawn il-metodi jiġu prijoritizzati.

Fl-aħħar nett ser niġġieled għal miżuri biex tieqaf il-krudeltà u l-esplojtazzjoni kummerċjali ta’ annimali selvaġġi, li jinkludi projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ prodotti tal-kangaru.

NIMPENJA RUĦI LI NIPPROJBIXXI T-TKATTIR TA’ FER MILL-IRZIEZET U T-TQEGĦED TA’ PRODOTTI TA’ FER MILL-IRZIEZET FIS-SUQ EWROPEW

Irrid nara, mingħajr dewmien, projbizzjoni madwar l-Ewropa kollha fuq it-tkattir ta’ fer mill-irziezet.

Irrid li din il-projbizzjoni tiġi adottata kemm jista’ jkun malajr. Abbażi ta’ benesseri tal-annimali, raġunijiet etiċi, ambjentali u tas-saħħa pubblika, il-projbizzjoni tkun tirrifletti l-oppożizzjoni qawwija minn ċittadini tal-UE, manifestata b’mod ċar fis-suċċess tal-Inizjattiva tac-Ċittadini Ewropej “Fur Free Europe”. 

Irrid intemm il-kummerċ fi prodotti ta’ tkattir ta’ pil mill-irziezet.

Irrid l-istess standards fuq il-benesseri tal-annimali tal-UE applikati fuq il-prodotti kollha mibjugħa fis-suq tal-UE: irridu nipprojbixxu l-importazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-fer mill-irziezet ġos-suq Ewropew. 

NIMPENJA RUĦI GĦAL KURA AĦJAR GĦALL-ANNIMALI TA’ KUMPANIJA TAGĦNA

Nemmen li l-annimali ta’ kumpanija tagħna għandhom jiġu trattati aħjar.

Irrid it-traċċabilità sħiħa t’annimali u s-sidien suċċessivi tagħhom madwar l-UE biex issir realtà.    Dan ikun jeħtieġ li sistemi nazzjonali jikkondividu informazzjoni biex jgħinu fit-traċċabilità bejn il-fruntieri.

Irrid nara prattiċi aħjar ta’ tgħammir.

Il-leġiżlazzjoni għandha tippromwovi metodi ta’ tgħammir li trawwem annimali ta’ kumpanija aktar ferħana u aktar b’saħħithom. Prattiċi estremi ta’ tgħammir, li jwasslu għal kwistjonijiet fiżiċi li jirrestrinġu l-ħajja u trawma mentali għandhom jiġu pprojbiti.

Prattiċi ħżiena ta’ tnissil, trasport u negozjar rigward qtates u klieb għandhom jiġu projbiti.

Irrid nara l-bejgħ ta’ klieb, qtates u żwiemel ikun suġġett għal kontrolli aktar stretti madwar l-UE. Irrid nara regoli aktar stretti li jirregolaw kull stadju ta’ trasport, abbażi tal-ispeċi inkonsiderazzjoni.  

L-ekwini kollha, ikun xi jkun l-iskop tagħhom, għandhom jibbenefikaw minn benesseri aħjar.

Kemm jekk miżmuma bħal kumpann, passatemp, xogħol jew għall-produzzjoni tal-ikel, l-ebda benesseri tal-ekwini m’għandu qatt jaqa’ bejn il-linji ta’ leġiżlazzjonijiet differenti. F’kull stadju tal-ħajja tagħhom, għandna naħdmu aktar biex nimmassimizaw il-ħarsien tal-ekwini. Irrid nara l-produzzjoni, l-importazzjoni u l-bejgħ tal-ormon tal-fertilità (eCG) li jiġi estratt b’uġigħ kbir minn dbiebi tqal ipprojbit.

Irridu niżguraw li l-ġesturi kollha huma kompetenti.

Neħtieġu liġijiet aħjar biex niżguraw li l-ġesturi jiġu mħarrġa sew biex jieħdu ħsieb l-ekwini, li jinkludi l-ħarsien tal-ħtiġijiet fiżiċi u l-benesseri mentali tagħhom. 

NIMPENJA RUĦI GĦAL KUMMISSARJU TAL-UE FUQ IL-BENESSERI TAL-ANNIMALI 

Irridu nżommu l-wegħdiet li nagħmlu lilll-annimali tagħna.

Aħna ffortunati li għandna, għalissa, Kummissjoni li b’mod ċar trid tagħmel dak li hu sew. Hija ħabbret li beħsiebha ttejjeb il-leġiżlazzjoni dwar il-benesseri tal-annimali fil-futur. Irridu nagħmlu kollox biex nappoġġjaw l-ambizzjonijiet u l-għanijiet li saru. Għanijiet li b’mod ċar huma wkoll ix-xewqa ta’  miljuni ta’ ċittadini tal-UE.

Ma nistgħux nirrepetu n-nuqqas ta’ azzjoni fil-passat.

B’dispjaċir, azzjonijiet ta’ Kummissjonijiet preċedenti f’dan il-qasam kienu kollha assenti. Jekk ma naġixxux issa, nemmen li dan jaf ikun il-każ meta l-Kummissjoni li ġejja tibda lejn l-aħħar tal-2024. Perjodu ġdid ta’ nuqqas t’azzjoni għandu - u jista’- jiġi evitat. It-triq ’il quddiem hi ċara: Kummissarju tal-UE espliċitament fit-tmun.

Wasal iż-żmien li ma nibqgħux ngħaddu r-responsabilità fuq il-benesseri tal-annimali.

Irrid nara l-benesseri tal-annimali integrata fit-titlu tax-xogħol tal-Kummissarju rilevanti tal-UE. Irid nara l-Kumitati tal-Parlament Ewropew jaħdmu fuq il-benesseri tal-annimali fl-UE flimkien ma’ approċċ ta’ “One Health” , li b’mod sostenibbli tindirizza saħħet iċ-ċittadini, l-annimali u l-ambjent. 

Nemmen li f’din ninsabu lkoll flimkien.

Is-saħħa tal-bniedem, annimali domestiċi u selvaġġi, pjanti, u l-ambjent aktar wiesgħa huma marbuta mill-qrib. Għalhekk nemmen li r-responsabilità tal-benesseri tal-annimali għandha tapplika għal għadd dejjem wiesgħa ta’ Kumitati, mhux fuq dawk agrikoli biss. 

F’din ninsabu flimkien. Nemmen li l-futur ta’ saħħitna u l-prosperità tagħna, u l-prosperità futura tal-UE, finalment jiddependu minna billi nagħtu lill-annimali l-attenzjoni li jixirqilhom.

Image
Image